Bħala aġenzija tal-Unjoni Ewropea, iċ-Ċentru jista’ jniedi sejħiet għall-offerti u proċeduri nnegozjati bil-għan li jixtri servizzi u fornimenti mingħand fornituri esterni. Iċ-Ċentru huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u għad-direttivi rilevanti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.

Fornituri esterni interessati huma mistiedna jżuru s-sit web taċ-Ċentru u l-bażi ta’ data interistituzzjonali tat-TED (Tenders Electronic Daily) fuq bażi regolari biex jiġu informati dwar it-tnedija ta’ sejħiet għall-offerti u ta’ proċeduri negozjati.