Image
CdT building

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea
Bâtiment Technopolis Gasperich
12E, rue Guillaume Kroll
L-1882 Il-Lussemburgu

Informazzjoni ġenerali

+352 42 17 11 1 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 09.00 - 12.30 / 14.00 - 17.00)

cdt@cdt.europa.eu

Kuntatti speċifiċi

Suġġett Email/is-sit web

Mistoqsijiet għall-istampa u għall-mezzi tax-xandir

communication@cdt.europa.eu

Klijenti - kwistjonijiet operazzjonali

Ara t-taqsima ‘kuntatt’ fil-Portal tal-Klijenti

Fornituri ta’ servizzi tal-lingwi esterni - kif taħdem magħna Ara s-sit web tagħna

Kwistjonijiet tal-HR/reklutaġġ/traineeships

E-selection@cdt.europa.eu (mistoqsijiet relatati ma’ proċeduri speċifiċi ta’ għażla)

ressourceshumaines@cdt.europa.eu

Offerti

tenders@cdt.europa.eu

Uffiċċju ta’ Servizzi tal-IT

servicedesk@cdt.europa.eu

Sit web tas-CdT – mistoqsijiet tekniċi

webmaster@cdt.europa.eu

 

Talbiet għal dokumentazzjoni

Biex tikseb dokumenti li mhumiex direttament aċċessibbli fuq is-sit web taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni, jekk jogħġbok imla u ssottometti l-“formola ta' talba għal dokumentazzjoni”.

Kif tasal iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni 

Image
E wing of the building
Il-bini Technopolis Gasperich jinsab fiż-żona ta’ “Cloche d'Or” (Gasperich), żona tan-negozju qrib iċ-ċentru tal-belt tal-Lussemburgu. Aħna ninsabu f’kumpless ta’ bini magħmul minn torri u ħames binjiet estiżi orizzontali. Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni jinsab fil-“Binja estiża E”.
 

Bil-ferrovija

L-Istazzjon Ċentrali tal-Ferrovija jinsab fin-nofsinhar tal-belt tal-Lussemburgu, madwar 3km minn “Cloche d’Or”.

Hemm it-taxis quddiem l-istazzjon. Bit-taxi: il-ħin medju ta’ vjaġġar mill-Istazzjon Ċentrali tal-Ferrovija huwa ta’ 8 minuti.

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta www.cfl.lu.

Bil-karozza tal-linja

L-eqreb waqfa tal-karozza tal-linja ħdejn il-bini ta’ Technopolis Gasperich jisimha “Scharfen Eck”.

Mill-Istazzjon Ċentrali tal-Ferrovija, in-numru tal-karozza tal-linja “18” fid-direzzjoni “Kockelscheuer” se jieħdok “Scharfen Eck” (madwar 20/30 minuta sewqan bil-karozza tal-linja, skont il-ħin tal-ġurnata).

Hemm żewġ waqfiet oħra tal-karozza tal-linja li huma biss madwar 5-10 minuti ’l bogħod bil-mixi mill-bini tagħna, li jisimhom:

  • “Ruppert” (f’rue Guillaume Kroll), u
  • “Jean Piret” (f’rue Jean Piret).

Għal dettalji dwar kif tista’ tasal iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni bil-karozza tal-linja, jekk jogħġbok segwi din il-link: https://www.mobiliteit.lu

Bil-karozza

Koordinati tal-GPS: N 49.579780, E 6.112512

Kemm jekk qed tasal minn Franza, mill-Ġermanja jew mill-Belġju, fuq l-awtostrada A3, aqbad il-korsija tal-ħruġ “Gasperich”.

Hemm spazji tal-parkeġġ disponibbli għall-viżitaturi taċ-Ċentru. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Grupp tal-Faċilitajiet u tas-Sigurtà taċ-Ċentru. Fil-viċinanzi, hemm ukoll spazji tal-parkeġġ pubbliku fuq barra (b’miters tal-parkeġġ) tul rue Guillaume Kroll.

Bl-ajruplan

L-Ajruport Findel tal-Lussemburgu jinsab eżatt barra mill-belt tal-Lussemburgu, 15-il km minn “Cloche d'Or”.

Bit-taxi mill-ajruport għaċ-Ċentru tat-Traduzzjoni: il-ħin medju tal-ivvjaġġar huwa ta’ 15-il minuta.

Bil-karozza tal-linja (mill-Istazzjon Ċentrali tal-Ferrovija): tista’ taqbad il-karozza tal-linja (Nru 16) għall-Istazzjon Ċentrali tal-Ferrovija (tieħu madwar 30 minuta). Il-karozza tal-linja b'Nru 29 tieħdok mill-ajruport għal Cloche d’Or (taqbad il-karozza tal-linja sal-aħħar waqfa, fid-direzzjoni “Guillaume Kroll”). Il-waqfiet tal-karozzi tal-linja fl-ajruport jinsabu quddiem id-daħla ewlenija tal-ajruport u hemm issib skedi elettroniċi.

Jekk jogħġbok innota li t-trasport pubbliku (bil-ferrovija u b’tal-linja) huwa bla ħlas fil-Lussemburgu.

Mappa

123movies

Sors: Googlemaps