Editjar tat-testi sors

L-editjar huwa definit bħala l-kontroll tal-lingwa tat-test, sabiex jiġi żgurat li dan isegwi r-regoli tal-grammatika, tal-punteġġjatura u tal-ortografija tal-lingwa sors. L-iżbalji tal-grammatika, tal-punteġġjatura u tal-ortografija huma kkoreġuti mill-editur. Fejn l-editur iħoss li l-kwalità tal-lingwa tat-test tista’ titjieb f’termini ta’ ċarezza u komprensibbiltà, huwa jżid kumment fit-test inkwistjoni, billi jagħmel suġġeriment għal titjib. L-editur mhuwiex mistenni jidentifika jew jikkoreġi kwalunkwe żball jew problema relatat/a mal-kontenut tat-test. Jekk l-editur isib problemi possibbli relatati mal-kontenut, huwa għandu jenfasizzahom fit-test. Huwa d-dmir tal-klijent li jevalwa l-pertinenza tal-kummenti kollha u li jieħu azzjoni xierqa. L-editur mhux se jikkoreġi xi kwistjoni relatata mal-ifformattjar jew mat-tqassim tat-test.