Sottotitoli

Ir-rappreżentazzjoni testwali tal-lingwa mitkellma f’vidjo b’mod li tippermetti test bil-miktub fuq l-iskrin. Is-servizz jista’ jinkludi “spotting”, jiġifieri s-sinkronizzazzjoni tas-sottotitoli u l-vidjo. Is-sottotitoli jistgħu jiġu pprovduti biss fil-lingwa sors tal-vidjo, jew b’lingwa waħda jew b’bosta lingwi oħrajn, flimkien mal-kodiċijiet tal-ħin li jindikaw f’liema ħin eżatt għandu jintwera sottotitolu u kemm għandu jdum jidher fuq l-iskrin.