Traduzzjoni

It-traduzzjoni hija l-għoti ta’ tifsira tal-lingwa sors fil-lingwa fil-mira, sabiex jiġi prodott test li jkun skont ir-regoli tal-grammatika tal-lingwa fil-mira, kif ukoll skont l-istruzzjonijiet riċevuti fl-assenjar tal-proġett tat-traduzzjoni. Il-“lingwa sors” hija l-lingwa li biha huwa miktub it-test oriġinali (imsejjaħ ukoll it-“test sors”), u l-“lingwa fil-mira” hija l-lingwa li fiha t-test sors jiġi tradott.