Ipprogrammar u rappurtar

Abbażi tal-Istrateġija taċ-Ċentru adottata mill-Bord tat-Tmexxija, iċ-Ċentru jaġġorna d-dokumenti kollha tal-ippjanar u l-ipprogrammar multiannwali operazzjonali relatati sabiex jallinja l-istrateġija tal-IT, l-immaniġġjar tal-kwalità, il-politika tal-persunal, l-immaniġġjar tal-kompetenzi u l-ħiliet mill-qrib kemm jista’ jkun mal-għanijiet tan-negozju tiegħu.

Strateġija multiannwali

L-Istrateġija Multiannwali tistabbilixxi l-viżjoni għas-snin li ġejjin u hi msejsa fuq għanijiet strateġiċi li huma definiti ulterjorment f’objettivi strateġiċi u f'inizjattivi strateġiċi, li kollha għandhom jintlaħqu waqt il-perjodu ta’ referenza. Matul dan il-perjodu, l-implimentazzjoni tal-Istrateġija titkejjel permezz ta’ indikaturi strateġiċi ewlenin tal-prestazzjoni.

Programm ta’ ħidma multiannwali

L-objettivi u l-azzjonijiet strateġiċi huma implimentati permezz ta’ sett ta’ inizjattivi strateġiċi li huma ġabra ta’ proġetti u programmi diskrezzjonali ta’ żmien limitat li jitwettqu flimkien mal-attivitajiet operazzjonali ta’ kuljum tal-organizzazzjoni fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma multiannwali taċ-Ċentru.

Programm ta’ ħidma annwali

Il-programmi ta’ ħidma multiannwali taċ-Ċentru huma mqassma fi programmi ta’ ħidma annwali li jallinjaw l-objettivi strateġiċi mal-attivitajiet, l-azzjonijiet u l-proġetti operazzjonali prattiċi, li huma stabbiliti f’aktar dettall fil-programmi ta’ ħidma tad-dipartimenti varji.

Ir-rapport annwali tal-attivitajiet

Ir-rapport annwali tal-attivitajiet jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet u l-kisbiet taċ-Ċentru għas-sena partikolari abbażi tal-objettivi u l-miri stabbiliti fil-programm ta’ ħidma annwali.