Image
IATE

Il-proġett tat-Terminoloġija Interattiva għall-Ewropa (IATE) li tnieda fl-1999 miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni kien kisba sinifikanti għall-kooperazzjoni interistituzzjonali. Inizjalment imfassla biex tiġi ġestita u standardizzata t-terminoloġija tal-aġenziji tal-UE u aktar tard biex jiġi appoġġat l-abbozzar multilingwi tat-testi tal-UE, il-IATE kibret f’sistema kumplessa u dinamika ta’ ġestjoni tat-terminoloġija.

Il-IATE ilha disponibbli għall-pubbliku mill-2007 u tiġbor flimkien ir-riżorsi terminoloġiċi tas-servizzi tat-traduzzjoni tal-UE kollha. Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni jiġġestixxi l-aspetti tekniċi tal-proġett f’isem is-sħab tal-proġett, li huma: is-servizzi tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali/il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ċentrali Ewropew. Sa mit-tnedija tal-verżjoni kompletament iddisinjata mill-ġdid tagħha fl-2018, il-IATE kompliet tiġi żviluppata, billi pprovdiet viżwali ġdida għall-Interpreti, karatteristiċi ġodda għall-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tad-data (tniżżil, kollezzjonijiet), kif ukoll għażliet imtejba għall-ġestjoni tad-data (bookmarks, status tal-entrati, kontroreferenzi).

Biex tibqa’ aġġornat(a), esplora t-taqsima ddedikata għall-aħħar żviluppi tal-IATE fuq il-paġna tagħna jew in-Noti tar-rilaxx fuq is-sit web tal-IATE.

Ipprova l-Widget tat-Tiftix IATE li tnediet reċentement biex taċċessa faċilment it-terminoloġija tal-UE!

Fuljetti dwar IATE

L-aktar żviluppi reċenti tal-IATE

  • Għajnuna Online tal-IATE
  • Aktar metadata fl-esportazzjonijiet pubbliċi
  • Widget tat-Tiftix IATE
  • Filtri addizzjonali “Fittex b’URL”
  • Twissija ġdida għal riżultati simili
  • Data li tappartjeni għas-SCIC disponibbli fit-tfittxijiet