Imwaqqaf fl-1994, iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni jipprovdi medja ta’ 750 000 paġna fis-sena lil aktar minn 60 klijent fl-Ewropa. Iċ-Ċentru kiber b’mod kostanti, id f’id ma’ numru dejjem jikber ta’ lingwi uffiċjali tal-UE u ta’ klijenti ferm speċjalizzati. Matul is-snin, iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tgħallem kif jissodisfa l-eżiġenzi dejjem jikbru tal-klijenti tiegħu, kemm jekk ikunu relatati mal-formats tal-fajls, id-dati ta’ skadenza, l-oqsma ta’ għarfien espert tal-klijenti kif ukoll il-bosta kombinazzjonijiet lingwistiċi meħtieġa (madwar 750).

Aktar minn
20 sena
impenjati
fil-multilingwiżmu
1994

Fit-28 ta’ Novembru 1994, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament (KE) Nru 2965/94 li jistabbilixxi ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni.


1995
11

-il lingwa uffiċjali tal-UE

20 000

paġna tradotta

7

klijenti

Fl-1995 ġie adottat Regolament Emendatorju sabiex jestendi l-portafoll tal-klijent u jagħti liċ-Ċentru rwol fil-kooperazzjoni interistituzzjonali.

1996

Iċ-Ċentru jibda jittraduċi l-ewwel trademarks Komunitarji għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM).


1997

Iċ-Ċentru jitlaq mill-uffiċini tiegħu fiċ-ċentru tal-belt tal-Lussemburgu u jimxi għal Nouvel Hémicycle f’Kirchberg il-Lussemburgu, fejn jinsabu l-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet tal-UE.


1998
200 000

paġna tradotta

12

-il klijent

2001

Iċ-Ċentru jibda juża l-Flosys. Flosys hija għodda tal-IT innovattiva żviluppata internament li timmaniġġja l-fluss tax-xogħol tat-traduzzjoni kollu minn meta klijent jibgħat dokument liċ-Ċentru sal-konsenja tal-verżjonijiet tradotti ta’ dak id-dokument.

Iċ-Ċentru jniedi Nemo sabiex jimmaniġġja l-proċess tat-traduzzjoni tat-trademark Komunitarja.


2002
1 000 000

paġna tradotta

2003

Il-Fondazzjoni Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kwalità (EFQM) tirrikonoxxi li ċ-Ċentru huwa “impenjat għall-Eċċellenza fl-Ewropa”.


Iċ-Ċentru jinħatar bħala l-inizjatur tal-proġetti u l-maniġer tal-proġetti għall-IATE (Terminoloġija Interattiva għall-Ewropa), il-bażi ta’ data terminoloġika konġunta għall-istituzzjonijiet/korpi kollha tal-Unjoni Ewropea.


2004
20

lingwa uffiċjali tal-UE

Il-“Big Bang” tat-tkabbir tal-UE fl-2004, li kważi tirdoppja n-numru ta’ lingwi tal-UE minn 11 għal 20, timmarka l-bidu ta’ era ġdida għaċ-Ċentru.

2005

Għall-għaxar anniversarju, iċ-Ċentru jorganizza konferenza dwar il-“Multilingwiżmu għal kwalunkwe prezz”


2007
23

lingwa uffiċjali tal-UE

Iċ-Ċentru jżid aktar lingwi uffiċjali tal-UE fil-portafoll tiegħu meta l-Bulgarija u r-Rumanija jissieħbu fl-UE u l-Irlandiż isir lingwa uffiċjali tal-UE, għalkemm b’deroga fis-seħħ.

Il-bażi ta’ data terminoloġika interistituzzjonali tal-UE, il-IATE, issir disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

2010

Iċ-Ċentru jorganizza l-konferenza “Lingwa tal-Ewropa. It-traduzzjoni għall-UE” bħala ċelebrazzjoni tal-15-il anniversarju tiegħu.

Iċ-Ċentru jissostitwixxi Nemo bi Tr@Mark workflow sabiex jimmaniġġja l-proċess tat-traduzzjoni tat-trademark Komunitarja.


2011

Iċ-Ċentru jniedi l-ECHA-term, bażi ta’ data terminoloġika multilingwi online żviluppata għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.


2013
8 000 000

paġna tradotta

24

lingwa uffiċjali tal-UE, inkluż il-Kroat

Iċ-Ċentru jimxi għall-bini attwali tiegħu fil-binja ta' Drosbach fil-belt tal-Lussemburgu u jiffirma l-ftehim dwar is-sede tiegħu mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.


2015
9 000 000

paġna tradotta

61

klijent

2016
64

klijent

Iċ-Ċentru jniedi l-eCdT [LOGO], is-sistema l-ġdida tal-ġestjoni tax-xogħol tat-traduzzjoni mfassla apposta skont il-ħtiġijiet tiegħu, li tieħu post is-sistema preċedenti, Flosys.