EU Agencies Network logo

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni huwa membru tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE. L-Aġenziji tal-UE ġew stabbiliti mill-Istati Membri tal-UE u mill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jipprovdu servizzi siewja lill-industriji u liċ-ċittadini biex iwettqu ħidmiet legali, tekniċi jew xjentifiċi speċifiċi. Dawn l-attivitajiet jappoġġjaw lil industriji madwar l-Ewropa u joffru pariri bbażati fuq evidenza, u dan jgħin sabiex jiġu mfassla politiki u liġijiet infurmati kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali. L-Aġenziji tal-UE jagħtu aktar valur billi jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni u għarfien espert u billi joffru servizzi tekniċi f’oqsma li jaffettwaw il-ħajja ta' 500 miljun ċittadin tal-Ewropa (sors: paġna destinatarja tal-extranet tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE).