Merħba fis-sit web il-ġdid tagħna

Bi pjaċir qegħdin inħabbru t-tnedija tas-sit web il-ġdid tagħna. Id-disinn mill-ġdid involva l-iżvilupp tas-sit web fuq Drupal 7 kif ukoll l-ikkunsidrar mill-ġdid tal-kontenut kollu.

Peress li wieħed mill-valuri ewlenin tagħna hu li nilħqu liċ-ċittadini tal-UE fil-lingwa tagħhom stess, is-sit web il-ġdid jistaʼ jiġi bbrawżjat fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

Tqiegħed fokus ċar fuq ir-rwol li għandna fil-qafas tal-UE u fuq il-firxa wiesgħa tas-servizzi tal-lingwa li noffru lill-64 klijent tagħna mifruxa fl-UE kollha.

Is-sit web il-ġdid jiffoka wkoll fuq il-missjoni tagħna fi ħdan il-qafas tal-kooperazzjoni interistituzzjonali. Barra minn hekk, joffri l-possibbiltà li jiġi esplorat in-netwerk tal-Aġenziji tal-UE li ċ-Ċentru jifforma parti minnu.

Ħloqna wkoll taqsima ġdida ddedikata għall-kooperazzjoni tagħna mal-fornituri esterni tas-servizz tal-lingwa. Fuq is-sit web il-ġdid tagħna persuni li qed ifittxu impjieg u offerenti se jsibu l-aħbarijiet l-aktar riċenti dwar il-proċeduri tar-reklutaġġ u tal-akkwist.

Tabilħaqq se tkun tistaʼ tikseb ukoll ħjiel tal-istorja tagħna li turi l-impenn tagħna għall-multilingwismu sa mill-1994.

Nittamaw li d-dehra u l-operat il-ġodda tas-sit web il-ġdid tagħna jogħġbuk u li ssib faċilment l-informazzjoni li qed tfittex.

Grazzi talli żort is-sit tagħna.