L-Ombudsman Ewropew jinvestiga ilmenti dwar amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet tal-UE jew minn korpi tal-UE oħra. Dan ikopri, pereżempju, irregolaritajiet amministrattivi, inġustizzja, diskriminazzjoni, abbuż ta’ poter, nuqqas ta’ tweġiba, rifjut ta’ informazzjoni u dewmien bla bżonn. Dawn l-ilmenti jistgħu jittressqu minn ċittadini jew minn residenti ta’ pajjiżi tal-UE jew minn assoċjazzjonijiet ibbażati fl-UE, negozji jew korpi oħra.
Għandek tippreżenta kwalunkwe ilment ta’ dan it-tip fi żmien sentejn minn meta ssir taf bil-fatti li fuqhom huwa bbażat u biss wara li tkun l-ewwel ikkuntattjat liċ-Ċentru tat-Traduzzjoni sabiex tipprova ssolvi l-kwistjoni.
Aktar informazzjoni tinsab fuq il-paġna ewlenija tal-Ombudsman Ewropew: