Editjar tat-testi sors

L-editjar huwa definit bħala l-kontroll tal-lingwa tat-test, sabiex jiġi żgurat li dan isegwi r-regoli tal-grammatika, tal-punteġġjatura u tal-ortografija tal-lingwa sors. L-iżbalji tal-grammatika, tal-punteġġjatura u tal-ortografija huma kkoreġuti mill-editur. L-editur se jaħdem fil-modalità ta' track changes biex jenfasizza l-bidliet li saru fit-test. Fejn l-editur iħoss li l-kwalità tal-lingwa tat-test tista’ titjieb f’termini ta’ ċarezza u komprensibbiltà, huwa jżid kumment fit-test ikkonċernat, billi jagħmel suġġeriment għal titjib. L-editur mhuwiex mistenni jidentifika jew jikkoreġi ebda żball jew problema li tirrelata mal-kontenut tat-test. Jekk l-editur isib problemi possibbli relatati mal-kontenut, huwa għandu jenfasizzahom fit-test. Huwa d-dmir tal-klijent li jevalwa l-pertinenza tal-kummenti kollha u li jieħu azzjoni xierqa. L-editur mhux se jikkoreġi xi kwistjoni relatata mal-ifformattjar jew mal-format tat-test.

Konsultazzjoni tal-lingwa

Il-konsultazzjoni tal-lingwa tikkonsisti fl-analiżi tal-ħtiġijiet lingwistiċi tal-klijent, sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet li jottimizzaw il-proċess tat-traduzzjoni. Dan jista’ jinkludi l-ħolqien u l-manutenzjoni ta’ magni tat-traduzzjoni awtomatiċi newrali, l-istabbiliment u d-disinn ta’ sistemi speċifiċi tal-fluss tax-xogħol, il-pre-editjar tekniku u lingwistiku tal-materjal oriġinali biex tittejjeb il-kwalità finali tiegħu, eċċ. Peress li l-ammont ta’ xogħol għal dan it-tip ta’ servizz jiddependi ħafna fuq il-kumplessità tal-każ individwali, kull proġett huwa definit f’kooperazzjoni mill-qrib mal-klijent.