Image
|
Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea |
Informazzjoni ġenerali
+352 42 17 11 1 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 09.00 - 12.30 / 14.00 - 17.00)
Kuntatti speċifiċi
Suġġett | Email/is-sit web |
---|---|
Mistoqsijiet għall-istampa u għall-mezzi tax-xandir |
|
Klijenti - kwistjonijiet operazzjonali |
Ara t-taqsima ‘kuntatt’ fil-Portal tal-Klijenti |
Fornituri ta’ servizzi tal-lingwi esterni - kif taħdem magħna | Ara s-sit web tagħna |
Kwistjonijiet tal-HR/reklutaġġ/traineeships |
E-selection@cdt.europa.eu (mistoqsijiet relatati ma’ proċeduri speċifiċi ta’ għażla) |
Offerti |
|
Uffiċċju ta’ Servizzi tal-IT |
|
Sit web tas-CdT – mistoqsijiet tekniċi |
Talbiet għal dokumentazzjoni
Biex tikseb dokumenti li mhumiex direttament aċċessibbli fuq is-sit web taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni, jekk jogħġbok imla u ssottometti l-“formola ta' talba għal dokumentazzjoni”.
Kif tasal iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni
Image
|
Il-bini Technopolis Gasperich jinsab fiż-żona ta’ “Cloche d'Or” (Gasperich), żona tan-negozju qrib iċ-ċentru tal-belt tal-Lussemburgu. Aħna ninsabu f’kumpless ta’ bini magħmul minn torri u ħames binjiet estiżi orizzontali. Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni jinsab fil-“Binja estiża E”. |
Bil-ferrovija
L-Istazzjon Ċentrali tal-Ferrovija jinsab fin-nofsinhar tal-belt tal-Lussemburgu, madwar 3km minn “Cloche d’Or”.
Hemm it-taxis quddiem l-istazzjon. Bit-taxi: il-ħin medju ta’ vjaġġar mill-Istazzjon Ċentrali tal-Ferrovija huwa ta’ 8 minuti.
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta www.cfl.lu.
Bil-karozza tal-linja
L-eqreb waqfa tal-karozza tal-linja ħdejn il-bini ta’ Technopolis Gasperich jisimha “Scharfen Eck”.
Mill-Istazzjon Ċentrali tal-Ferrovija, in-numru tal-karozza tal-linja “18” fid-direzzjoni “Kockelscheuer” se jieħdok “Scharfen Eck” (madwar 20/30 minuta sewqan bil-karozza tal-linja, skont il-ħin tal-ġurnata).
Hemm żewġ waqfiet oħra tal-karozza tal-linja li huma biss madwar 5-10 minuti ’l bogħod bil-mixi mill-bini tagħna, li jisimhom:
- “Ruppert” (f’rue Guillaume Kroll), u
- “Jean Piret” (f’rue Jean Piret).
Għal dettalji dwar kif tista’ tasal iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni bil-karozza tal-linja, jekk jogħġbok segwi din il-link: https://www.mobiliteit.lu
Bil-karozza
Koordinati tal-GPS: N 49.579780, E 6.112512
Kemm jekk qed tasal minn Franza, mill-Ġermanja jew mill-Belġju, fuq l-awtostrada A3, aqbad il-korsija tal-ħruġ “Gasperich”.
Hemm spazji tal-parkeġġ disponibbli għall-viżitaturi taċ-Ċentru. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Grupp tal-Faċilitajiet u tas-Sigurtà taċ-Ċentru. Fil-viċinanzi, hemm ukoll spazji tal-parkeġġ pubbliku fuq barra (b’miters tal-parkeġġ) tul rue Guillaume Kroll.
Bl-ajruplan
L-Ajruport Findel tal-Lussemburgu jinsab eżatt barra mill-belt tal-Lussemburgu, 15-il km minn “Cloche d'Or”.
Bit-taxi mill-ajruport għaċ-Ċentru tat-Traduzzjoni: il-ħin medju tal-ivvjaġġar huwa ta’ 15-il minuta.
Bil-karozza tal-linja (mill-Istazzjon Ċentrali tal-Ferrovija): tista’ taqbad il-karozza tal-linja (Nru 16) għall-Istazzjon Ċentrali tal-Ferrovija (tieħu madwar 30 minuta). Il-karozza tal-linja b'Nru 29 tieħdok mill-ajruport għal Cloche d’Or (taqbad il-karozza tal-linja sal-aħħar waqfa, fid-direzzjoni “Guillaume Kroll”). Il-waqfiet tal-karozzi tal-linja fl-ajruport jinsabu quddiem id-daħla ewlenija tal-ajruport u hemm issib skedi elettroniċi.
Jekk jogħġbok innota li t-trasport pubbliku (bil-ferrovija u b’tal-linja) huwa bla ħlas fil-Lussemburgu.
Mappa
Sors: Googlemaps