Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni huwa attiv ukoll f’fora internazzjonali. Iċ-Ċentru huwa membru tal-Laqgħa Internazzjonali Annwali dwar l-Arranġamenti, id-Dokumentazzjoni u l-Pubblikazzjoni tal-Lingwa (IAMLADP, International Annual Meeting on Language Arrangements, Documentation and Publication), li hija l-akbar netwerk ta’ maniġers ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jimpjegaw fornituri ta’ servizzi lingwistiċi u ta’ konferenzi (prinċipalment tradutturi u interpreti). L-IAMLADP hi mmexxija min-Nazzjonijiet Uniti u tirrappreżenta komunità ta’ madwar 10 000 professjonista tal-lingwa.
L-għan ġenerali tal-IAMLADP huwa li ttejjeb l-effiċjenza, il-kwalità u l-kosteffettività ta’ servizzi ta’ konferenza, tal-lingwa u tal-pubblikazzjonijiet fi ħdan kull organizzazzjoni parteċipanti, billi toffri lill-maniġers tagħhom forum uniku fejn jistgħu jagħmlu skambju ta’ informazzjoni, jikkondividu esperjenzi dwar politiki u prattiki, jiġbru flimkien riżorsi għall-kompiti ta’ interess komuni, u jippromwovu t-taħriġ u l-iskambji tal-persunal.
Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni ħoloq għadd ta’ Impriżi ta’ Taħriġ Konġunti għall-komunità tal-IAMLADP, u offrihom lil mijiet ta’ tradutturi minn organizzazzjonijiet tal-IAMLADP matul dawn l-aħħar snin.