Merħba fiċ-Ċentru tal-Media tagħna, imfassal bħala punt uniku ta’ servizz għal riżorsi uffiċjali ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-ħidma tagħna. Kemm jekk inti ġurnalist, rappreżentant ta’ aġenzija jew organizzazzjoni oħra, jew membru tal-pubbliku ġenerali, din il-paġna għandha l-għan li tipprovdi aċċess faċli għal materjali affidabbli u aġġornati.
Il-kontenut ta’ din il-paġna se jevolvi maż-żmien f’konformità mal-attivitajiet u l-avvenimenti taċ-Ċentru. Min iżurha jista’ jsib assi viżwali uffiċjali, inklużi l-logo tal-Istituzzjoni u l-linji gwida dwar l-identità viżwali, għall-appoġġ ta’ użu preċiż u konsistenti.
Kuntatt mal-Media
Il-ġurnalisti u l-professjonisti tal-media jistgħu jikkuntattjaw lit-Taqsima tar-Relazzjonijiet mal-Partijiet Ikkonċernati u tal-Komunikazzjoni għal mistoqsijiet dwar il-media, talbiet għal intervisti jew talbiet għal informazzjoni addizzjonali fuq communication@cdt.europa.eu.

Niżżel il-logo l-ġdid tagħna
Dan iservi bħala firma konsistenti fil-materjali kollha ta’ komunikazzjoni, u jiżgura assoċjazzjoni immedjata maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni u l-missjoni tiegħu.

Skopri l-Linji Gwida tagħna dwar l-Identità Viżwali
Din il-gwida l-ġdida għandha l-għan li tiggarantixxi koerenza fir-realizzazzjonijiet grafiċi kollha taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni.