Il-listi ta’ riżerva huma gruppi ta’ applikanti li jkunu għaddew minn proċedura ta’ selezzjoni u li ntgħażlu bħala kandidati potenzjali għal impjieg.
Jekk tinqala’ l-ħtieġa, iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-UE se jikkuntattja lill-kandidati fuq il-lista ta’ riżerva.
Il-lista ta’ riżerva tista’ tiġi kondiviża wkoll ma’ aġenziji oħrajn tal-UE, jekk il-ħtiġijiet tas-servizz ikunu jirrikjedu dan.
Il-kandidati għandhom ikunu jafu li l-inklużjoni fuq lista ta’ riżerva ma tiggarantixxix ir-reklutaġġ.
Sabiex issir taf għal kemm żmien hija valida lista ta’ riżerva, segwi din il-link