Sottotitolar
Is-sottotitolar huwa r-rappreżentazzjoni testwali tal-lingwa mitkellma f’vidjo b’mod li tippermetti r-rendiment tat-test fuq l-iskrin. Is-servizz jista’ jinkludi “spotting”, jiġifieri s-sinkronizzazzjoni tas-sottotitoli u l-vidjo. Is-sottotitoli jistgħu jiġu pprovduti biss fil-lingwa sors tal-vidjo, jew b’lingwa waħda jew b’bosta lingwi oħrajn, u jitwasslu flimkien mal-kodiċijiet tal-ħin li jindikaw il-ħin eżatt li fih għandu jintwera sottotitolu u kemm idum jidher fuq l-iskrin.
Traskrizzjoni
It-traskrizzjoni hija l-konverżjoni ta’ fajl awdjo u/jew vidjo f’test bil-miktub ta’ kwalità tajba. Dan isir permezz ta’ teknoloġiji ta’ trasferiment tat-taħdit f’kitba u l-output mhux ipproċessat imbagħad jiġi post-editjat minn wieħed mil-lingwisti taċ-Ċentru. L-output bil-miktub finali jista’ jinkludi kodiċijiet tal-ħin u identifikazzjoni tal-kelliem jekk meħtieġ.
Traskrizzjoni awtomatika
It-traskrizzjoni awtomatika hija l-konverżjoni awtomatika ta’ fajl awdjo/jew vidjo f’test bil-miktub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ta’ trasferiment tat-taħdit f’kitba. Għall-kuntrarju tas-servizz ta’ Traskrizzjoni, ma jsir l-ebda post-editjar uman tal-output mhux ipproċessat prodott.