L-ipprogrammar u r-rappurtar
Abbażi tal-Istrateġija taċ-Ċentru adottata mill-Bord tat-Tmexxija, iċ-Ċentru jaġġorna d-dokumenti kollha tal-ippjanar u l-programmazzjoni pluriennali operazzjonali relatati sabiex jallinja l-istrateġija tal-IT, l-immaniġġjar tal-kwalità, il-politika tal-persunal, l-immaniġġjar tal-kompetenzi u l-ħiliet mill-qrib kemm jista’ jkun mal-għanijiet tan-negozju tiegħu.